Malta Weather
         

Xi ħaġa dwarna

Malta Village MaltaWeather.com

MaltaWeather.com huwa t-tbassir tat-temp tiegħek il-ħin kollu aġġornat. Aħna nagħtukom tbassir tat-temp għal 7 tijiem li huwa preċiż u ħafif biex tifhmu biex int tista’ tippjana l-ġimgħa tiegħek.

Nafu li hemm ħafna siti oħra li jbassru t-temp għal Malta, imma meta aħna ddeċidejna li nibdew MaltaWeather.com, ridna nibdu sit li hu ħafif biex tifhem u fejn tista’ tara t-temp għal 7 tijiem f’hakka t’għajn.

U għal dawk li jridu tbassir tat-temp iktar dettaljat, MaltaWeather.com jagħti varjeta’ ta’ mapep tat-temp li mhux biss jiffokaw fuq Malta, imma anke jagħtu stampa ċara ta’ x’inhu jiġri fl-Ewropa wkoll.

Ovvjament, ma kienx dejjem hekk u t-temp ta’ Malta għandha storja interessanti.

L-istorja tar-rapporti tat-temp għal Malta


Minħabba l-pożizzjoni strateġika tal-gżejjer tagħna, osservazzjonijiet preċiżi tat-temp f’Malta minn dejjem kienu importanti. Madankollu, rekords tax-xita jmorru lura biss sal-1851, waqt li dawk tat-temperatura jmorru lura sal-1865.

Il-biċċa l-kbira tar-rapporti tat-temp saru l-Belt Valletta, għalkemm fl-1901 (sal-1966), ir-rapporti tax-xita u tat-temperatura kienu r-responsabbilita’ tad-Dipartiment tal-Fiżika fl-Universita’ ta’ Malta.

L-ewwel uffiċju meteoroloġiku infetaħ fl-1922 f’Gwardamanġa, iżda dan mexa għall-Kavallier ta’ San Ġwann wara biss ħames snin. It-tbassir tat-temp li Malta tant kellha bżonn fit-Tieni Gwerra Dinjija fil-fatt beda jsir minn taħt l-art minħabba li strumenti u apparat ta’ spiss kien iġarrab ħsarat f’attakki mill-għadu.

Kien biss fl-1943 li l-istazzjon ta’ l-osservazzjoni u t-tbassir tat-temp mexa għal Ħal Luqa. Fl-1979 l-Uffiċċju Meteoroloġiku sar parti mill-Avjazzjoni Ċivili.

It-tbassir tat-temp għal Malta illum

Ħafna mill-problemi li kienu jħabbtu wiċċhom magħhom l-osservaturi tat-temp ta’ Malta dak iż-żmien ma jeżistux illum il-ġurnata. It-teknoloġija moderna, satelliti u kompjuters jagħtu stampa ċara u preċiża tat-temp f’Malta u jippermettu aġġornamenti kontinwi u studju dettaljat tas-sistemi tat-temp. MaltaWeather.com jagħmel użu tajjeb minn dawn kollha biex iġiblek punt wieħed ta’ riferenza għal bżonnijiet kollha tiegħek tat-temp ta’ Malta.Idhol kuljum fis-sit tagħna u m’għandekx għalfejn tinkwieta qatt aktar dwar it-tbassir tat-temp.

Disinnjata u żviluppata minn AG Web Solutions © 2012
Min ahna | Ikkuntatjana | Disclaimer