Malta Weather
         

Il-Klima ta` Malta

Malta Golden SandsĦafna turisti jiġu jżuru l-gżejjer Maltin minħabba l-klima. Minkejja s-sħana li wieħed jistenna f’nofs il-baħar sabiħ tal-Mediterran, Malta hija ġenna ta’ l-art ukoll għax, tmur fejn tmur, int tkun biss ftit mili ‘il-bogħod miż-żiffa ħafifa u friska tal-baħar. Dak hu s-sabiħ tal-klima Maltija.

Ix-xitwa f’Malta tibqa’ relativament sħuna minkejja li nkunu f’nofs l-istaġun tax-xita. Din il-ħaġa tattira l-barranin biex jiġu jżurna. Il-fatt ukoll li aħna ma jkollnix temperaturi estremi ifisser ukoll li dejjem tista’ tiġi ghal vaganza fil-gżejjer Maltin, ikun xi żmien ikun.

Malta tinstab f’nofs il-Mediterran u għalhekk min jiġi jżurna jieħu pjaċir bil-baħar sabiħ tagħna. U minħabba t-tipografija tal-Mediterran bil-kontinent Ewropew lejn it-Tramuntana u bil-kontinent Afrikan lejn in-Nofsinhar, m’hemm ebda periklu ta’ urugani jew maltemp qawwi tropikali kif wieħed isib fil-Karibew f’ċertu perjodu tas-sena. Dan ifisser li l-klima Maltija hija moderata s-sena kollha.

Fil-fatt, Malta hija mdawra b’baħar kalm u trankwill b’temp xemxi u sħun kważi s-sena kollha. It-temperatura medja f’Malta hi ta’ madwar 18C - 19C (64F -66F). U peress li Malta tgawdi minn madwar 3,000 siegħa ta’ xemx u b’ġranet twal u sħan fis-sajf, l-għawn u kull sport ieħor tal-baħar jista’ jitgawda minn Mejju sa’ Ottubru. Għat-turisti li jippreferu l-ġeografija u l-kultura ta’ Malta, ix-xhur mhux ħafna inqas kesħin tax-xitwa minn Novembru sa’ April huma idejali – xhur sħan biżżejjed biex wieħed joqgħod barra imma mhux sħan iżżejjed, kif ukoll ta’ serħan il-moħħ qabel ma tasal il-mewġa kbira ta’ turisti fis-sajf. Fix-xhur tax-xitwa, ir-rih mill-Punent iġorr miegħu x-xita. L-irdumijiet inaqqsu l-qawwa tar-riħ anke fix-xitwa biex b’hekk il-gżejjer Maltin tassew jistgħu jitqiesu bħala ġenna ta’ l-art.

Ħaġa waħda li min iżurna għandu jilqalha hi l-umdita’. Arja mxarrba u s-sħana tax-xemx iġibu l-umdita’, l-aktar fis-sajf. Matul il-jum, iż-żiffa mill-baħar inaqqas l-umdita’. Ottubru u Novembru huma l-aktar xhur li jaraw riħ. Dan hu ta’ vantaġġ għal min iħobb il-maltemp u l-mewġ kbir. Ir-rih mix-Xlokk, li jiġi mill-kontinent Afrikan, hu magħruf ghal kemm ikun sħun u xott. Fil-fatt dan hu l-uniku żvantaġġ tal-klima Maltija.

Ma jimpurtax liema żmien tas-sena tiġi Malta għax il-temp ħafna drabi hu sħun u xemxi.

Disinnjata u żviluppata minn AG Web Solutions © 2012
Min ahna | Ikkuntatjana | Disclaimer