Malta Weather
         

Ġeografija ta Malta

Gozo GeographyF’nofs il-baħar Mediterran wieħed isib il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, flimkien ma xi oħrajn zgħar ħafna bħal Kemmuna. Il-gżejjer Maltin huma tassew gawhra, iżda għalkemm żghar xorta huma kbar xort’ohra.

Min jiġi jżurna jista’ jkoll igawdi mill-fatt li Sqallija u anke l-Italja huma qrib tagħna. U ftit iktar l-isfel lejn in-nofsinhar hemm il-kontinent Afrikan. Fil-gżejjer Maltin wieħed isib diversi bajjiet fejn wieħed jista’ jipprattika xi sport tal-baħar jew imur jistad jew imur igawdi xi ftit fuq ir-ramel nadif.

F’Malta, Għawdex u Kemmuna biss jgħixu n-nies imma fil-fatt hemm seba’ gżejjer fl-arkipelago Maltijia. Kollha huma postijiet sbieħ biex wieħed igawdi s-sbuħija Mediterranja u jistrieħ xi ftit. Biex wieħed imur minn gżira għal oħra hemm bżonn li wieħed jaqbad vapur jew dgħajsa. Il-baħar madwar il-gżejjer Maltin huwa magħruf għal kemm hu ċar u nadif, waqt li x-xtut huma tassew sbieħ.

Il-fatt li Malta tinsab f’nofs il-Mediterran ifisser li l-bini tagħna ġej minn kulturi u żminijiet differenti, mill-Griegi, Spanjoli u Għarab sal-Franċiżi u Feniċi. Biss, wieħed ikollu jammetti li l-attrazzjoni ewlenijia hija l-baħar u l-bajjiet b’portijiet u blatiet b’kuntrasi sbieħ bejniethom. U madwar il-kosta wieħed jista’ jiekol ħut li huwa fost l-aħjar li wieħed jista’ jsib fid-dinja.

F’pajjiż kbir biss xi darbtejn akbar mill-istat Amerikan ta’ Washington, it-turisti jistgħu jaraw kull ma hemm bżonn jaraw f’perjodu relativament qasir, imma biex tikseb esperjenza ta’ Malta tista’ ddum ħajtek kollha tfittixha.

It-trasport f’Malta

It-turisti jaslu Malta b’diversi modi, jew bil-baħar minn diversi pajjiżi oħra fil-Mediterran jew bl-ajru minn kull post li hawn fid-dinja. U f’Malta wieħed jista’ faċilment imur minn post għal ieħor b’tal-linja jew b’taxi. Il-biljetti għal tal-linja huma irħas imma s-servizz jieqaf fil-11 ta’ filgħaxija. Biex wieħed ikun aktar indipendenti, wieħed jista’ jikri karozza jew mutur. Wieħed ukoll jista’ juża s-servizz tat-taxi f’kull ħin.

Imma min jiġi jżurna m’għandux iħabbel moħħu wisq dwar it-trasport għax m’hemm muntanji jew għoljiet kbar fil-gżejjer Maltin. Għalhekk, wieħed jista’ jimxi faċilment minn post għal ieħor. Malta hija prova biżżejjed li l-essenza tinsab fil-flixken iż-żgħar għax toffri esperjenza kbira f’pakkett żgħir!

Disinnjata u żviluppata minn AG Web Solutions © 2012
Min ahna | Ikkuntatjana | Disclaimer