Malta Weather
         

It-temp f’Malta matul is-sena

Malta Dingli Jannar huwa magħruf bħala xahar b’ħafna riħ imma riħ sa qawwa ta’ rifnu jista’ jibdew kmieni minn Diċembru u jkomplu sal-aħħar ta’ Marzu. Wieħed jista’ jgħid li kważi ma tagħmel xita qatt matul ix-xhur tas-sajf għax ix-xita tinżel kważi kollu matul ix-xitwa. Minħabba f’hekk, il-perjodu bl-aktar xita huwa bejn Ottubru u Diċembru b’madwar 51% tax-xita kollu ta’ matul is-sena.

Iżda tħallix it-theddida tax-xita tħallik milli tikkunsidra tiġi Malta ghal vaganza matul ix-xhur tax-xitwa. Il-medja tax-xita matul is-sena hija ta’ madwar 550mm u dan żgur ma jistax jitqies dulluvju! Anke matul il-ġranet ta’ xita, xorta jkun hemm numru ta’ ġranet sbieħ u t-temperatura fl-aktar ġranet kesħin tax-xitwa hija sħuna biżżejjed biex wieħed jesplora d-diversi postijiet sbieħ li hemm fil-gżejjer Maltin.

Għal dawk li jħobbu l-baħar, ir-rebbiegħa u l-ħarifa huma l-aħjar żminijiet biex wieħed imur sax-xatt. Il-baħar kaħlani u x-xtut sbieħ f’ġurnata xemxija, flimkien maż-żiffa ħelwa tal-baħar, tħajrek tgawdi l-diversi sport tal-baħar li jeżisti. Is-soltu, il-baħar huwa kiesaħ wisq biex jitgawda f’Jannar u Frar, imma hemm ħafna nies li jibdew jgħumu f’April u jibqgħu jagħmlu hekk sa’ Diċembru. Ix-xhur tas-sajf bejn Mejju u Ottubru, l-aktar perjodu tas-sena li jiġu turisti, huwa ideali biex wieħed imur fuq xi dgħajsa madwar il-kosta jew lejn xi xtajta sabiħa.

It-temp f’Malta

Wieħed mill-vantaġġi kbar tal-Mediterran huwa l-fatt li, meta jibda s-sajf, jibda bis-serjeta’. Kuljum mingħajr sħab u mingħajr xita. Lulju u Awwissu huma l-aktar xhur sħan u umdużi. Dan jista’ jkun ta’ inkonvenjent għal min ibati mis-sħana. Diversi kumpanniji u fabbriki jagħlqu f’nofsinhar u ħafna Maltin jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni u jerħewlha lejn il-baħar biex jiffriskaw.

Xi ngħasa ħelwa fix-xhur tas-sajt hija wkoll ħaġa komuni. Imma kif it-temperatura tonqos xi ftit f’Settembru hemm iktar lok għal divertiment barra. Il-baħar ikun għadu sħun biżżejjed għal għawn jew xi sport ieħor tal-baħar, fil-waqt li t-temperatura hija moderata biżżejjed biex wieħed jibda joħroġ jimxi fl-ibliet u irħula sbieħ tagħna li ilhom minn 5200 QK.

Disinnjata u żviluppata minn AG Web Solutions © 2012
Min ahna | Ikkuntatjana | Disclaimer